Bayern Munich jixtiequ ħafna li jiksbu s-servizzi tad-difensur Urugwajan ta’ Barcellona Ronald Araujo. Dan tal-aħħar hu plejer Urugwajan li qed jispikka fil-Katalunja u li l-kowċ Thomas Tuchel iridu akkost ta’ kollox sabiex jirranġa ftit mill-problemi difensivi li għandhom Bayern Munich.
Minkejja kollox, Araujo mhux konvint mill-proġett tattiku tat-tim mill-Bavarja u esprima x-xewqa li jibqa’ mal-Blaugrana għallinqas sal-aħħar ta’ dan l-istaġun.
Mill-banda l-oħra, anke Manchester United qed isaqsu għalih bil-kuntratt tiegħu li jagħlaq fit-30 ta’ Ġunju 2026.