Thursday, December 26, 2024

Bdil bejn Harry Maguire u Fikayo Tomori?

Aqra wkoll

Teżisti possibbiltá kbira li, f’Jannar li ġej, Manchester United jagħmlu skambju ta’ player li fih ikun involut id-difensur internazzjonali Ingliż, Harry Maguire, li min-naħa tiegħu jrid iħalli lill-club minħabba li ma jridx joqgħod fuq il-bank tas-sostituti. 

Maguire kien viċin li jħalli Old Trafford fis-sajf li għadda, iżda l-United ma setgħux jiftiehmu ma’ West Ham minħabba li l-player ried salarju fir-reġjun ta’ £7 miljun fis-sena.

Għaldaqstant huwa baqa’ mar-Red Devils iżda sabha diffiċli biex jikseb post regolari fit-team taħt il-manager, Erik ten Hag. 

Issa sar magħruf li  Milan jinsabu interessati fis-servizzi ta’ Maguire u qed iħejju offerta għal Jannar li ġej. Peró r-risposta ta’ Manchester United kienet li jsir skambju ma’ Fikayo Tomori li huwa wkoll internazzjonali Ingliż.  

Madankollu, il-prezz mitlub għal Tomori huwa sostanzjalment ogħla minn dak li l-United ikunu jistgħu jirċievu għal Maguire, li jkun ifisser li l-club minn Manchester ikollu jbiegħ il-players.

Bil-Financial Fair Play (FFP) għadu ta’ tħassib f’Old Trafford, il-bejgħ tal-players ikun l-uniku mod biex iseħħ kwalunkwe trasferiment – iżda ftehim ta’ tpartit xorta jista’ jkun possibbli għaż-żewġ naħat.

Ekonomija

Sport