Friday, June 5, 2026

Beach Soccer: Ħamrun u Sliema impenjati fil-Euro Winners Challenge 2026

Aqra wkoll

Iż-żewġ timijiet Maltin, Ħamrun SC Beach Soccer u Sliema Beach Soccer, jinsabu lesti biex jirrappreżentaw lil Malta fil-Euro Winners Challenge 2026 li se jsir f’Nazaré, fil-Portugal, bejn illum u l-11 ta’ Ġunju. Dan it-turnew jiġbor flimkien uħud mill-aqwa timijiet tal-beach soccer fl-Ewropa.

Ħamrun SC jibdew l-impenji tagħhom fil-fażi tal-gruppi kontra Kefallinia AO BS illum, filwaqt li għada jiltaqgħu kontra FC Genappe. L-aħħar partita tagħhom tkun kontra t-tim ospitu AD Nazaré 2022.

Min-naħa tagħhom, Sliema Beach Soccer jiftħu l-kompetizzjoni tagħhom kontra Falfala, segwita minn logħba kontra Ecoris u oħra kontra Bavaris Beach, bil-għan li javvanzaw għall-fażijiet eliminatorji tat-turnew.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport