Monday, December 23, 2024

Beatrice Njoya tirbaħ it-titlu ta’ Miss Universe Malta

Aqra wkoll

Beatrice Njoya, nhar il-Ħamis saret l-akbar kontestanta li ġiet inkurunata Miss Universe Malta fl-età ta’ 39 sena. Waqt is-serata finali, hi ħeġġet lin-nisa biex ma jħallux l-età tiddetta dak li jistgħu jew ma jistgħux jagħmlu fil-ħajja.

Hija kienet bdiet timmudella meta kellha 15-il sena u waslet sas-semifinali ta’ Miss Cameroon.

Ta’ 18-il sena bdiet il-karriera professjonali tagħha ta’ mudella u ma ħarsitx lura minn dakinhar.

Hija dejjem kienet tħobb l-isport u meta kienet tifla, ipprattikat il-ġinnastika u l-basketball. F’Malta lagħbet netball fit-tieni diviżjoni u tmur il-gym regolarment.

Issa se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fit-73 kompetizzjoni Miss Universe f’Novembru fil-Messiku.

Hija se tkun l-akbar kontestanta fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-avveniment internazzjonali. Din is-sena Miss Universe neħħiet il-limitu tal-età għall-kontestanti, u, għall-ewwel darba, fetħet il-kompetizzjoni għan-nisa ta’ ‘l fuq minn 29 sena.

Din kienet it-tieni darba li mara mhux Maltija kisbet it-titlu.

Dan hekk kif lura fl-2019, Teresa Ruglio ta’ 23 sena, oriġinarjament mill-Venezwela, rebħet dan it-titlu.

Is-serat finali ġiet ippreżentata minn Ben Camille bi produzzjoni ta’ Alan J. Darmanin.

Ekonomija

Sport