Wednesday, July 24, 2024

Beda jinstema’ l-appell ta’ Everton wara li ġew imnaqqsa 10 punti

Aqra wkoll

Is-smigħ tal-appell ta’ Everton dwar it- tnaqqis ta’ 10 punti minħabba ksur tar-regoli finanzjarji beda jinstema’ il-bieraħ l-Erb­għa.

Is-seduta quddiem bord tal-appell mis­tennija ddum tlett ijiem bir-riżultat għandu jiġi żvelat sa nofs Frar.

Il-club ammetta l-ksur iżda qal li kienu “xxokkjati u diżappuntati” bis-severità tal- piena.

Everton ingħataw l-akbar sanzjoni sportiva fl-istorja tal-Premier League f’Novembru li għadda.

It-Toffeemen ma qalulhomx kif il-figura ta’ 10 punti ntlaħqet mill-kummissjoni indipendenti, li ddeċidiet is-sanzjoni, u jħossu li l-penali sportiva għall-ksur tal-limiti finanzjarji hija nġusta.

L-appell se jmur quddiem bord li se jirrevedi s-sentenza tal-kummissjoni, billi jevalwa l-proċess u jekk, fl-opinjoni tiegħu, il-piena maħruġa kinitx ġusta jew le.

It-team ta’ Sean Dyche qed jiffaċċja tnaqqis ieħor possibbli ta’ punti wara li kienu akkużati li kisru r-regoli għat-tieni darba aktar kmieni ix-xahar li għadda.

Nottingham Forest ġew ukoll sanzjonati għal allegat ksur tar-regoli tal-profitt u s-sostenibbiltà fil-kontijiet tagħhom.

Everton jinsabu fit-18-il post fil-klassifika, eżattament fiż-żona tar-relegazzjoni wara li spiċċaw fi draw ta’ 0-0 kontra Fulham fi Craven Cottage nhar it-Tlieta.

Sadanittant, il-Kap Eżekuttiv tal-Premier League, Richard Masters, intalab minn Membru Parlamentari biex jiċċara r-rimarki tiegħu dwar Everton u l-Forest.

Waqt li deher quddiem il-Kumitat Kultura, Media u Sport fis-16 ta’ Jannar, Masters uża t-termini “clubs żgħar” meta wieġeb mistoqsija dwar iż-żewġ clubs li dan il-kumment urtahom bil-kbir.

Ekonomija

Sport