L-istilla ta’ Real Madrid Jude Bellingham se jipprova jikkonvinċi lill-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Liverpool Trent Alexander Arnold sabiex jingħaqad mal-Merengues.
Bellingham hu ħabib personali ta’ Alexander Arnold u sostna li jixtieq ħafna li jkunu qed jilagħbu flimkien.
Ħafna qed iqisu lill-istess Bellingham li jkun kważi l-aġent ta’ Alexander Arnold li ilu għal dawn l-aħħar xhur jissemma’ mat-tim li jilgħab f’Estadio Santiago Bernabeu.