Ilbieraħ sar il-funeral tat-tliet żgħażagħ li fis-26 ta’ April li għadda nqatlu fi sparatura fiċ-ċentru ta’ Monreal – Salvatore Turdo ta’ 23 sena, Andrea Miceli u Massimo Pirozzo, it-tnejn ta’ 26 sena. Ir-residenti taż-żona kollha jingħaqdu f’luttu fejn minn il-komunità hija mbikkma u mifnija bl-uġigħ.
It-tliet oqbra bojod bir-ritratti tal-vittmi fuqhom intlaqgħu b’ċapċip. Il-mistoqsija fuq fomm kulħadd hija ‘għala tant vjolenza’ u hemm pressjoni kbira fuq l-awtoritajiet biex issir ġustizzja.
Tliet ħajjiet mitlufa…
Iż-żgħażagħ Salvatore Turdo u Andrea Miceli kien kuġini li jaħdmu l-għamara ma’ missier Miceli mentri Massimo Pirozzo “ta’ spiss kien jibdel xogħol”. It-tlieta li huma ġew deskritti bħala żgħażagħ bil-għaqal li ma jaqilgħux inkwiet.
Filwaqt li għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Carabinieri kkordinati mill-Procura di Palermo, uħud mix-xhieda qalu lill-midja li Andrea Miceli nqatel fil-ħin meta kien fi triqtu bil-mixi biex jiltaqa’ mal-kuġin tiegħu Salvatore.
Meta bdew l-isparaturi ngħad li ħa ħsieb li jaħbi lit-tfajla tiegħu f’karozza ħalli ma tweġġax fejn talabha biex ma tiċċaqlaqx mill-post. Ftit minuti wara huwa ntlaqgħat minn balal u waqa’ mal-art. Andrea miet l-għada filgħodu l-isptar kawża tal-feriti gravi li sofra. It-tfajla hija rrapportata li qiegħda tbati minn xokk qawwi.