Sunday, December 22, 2024

Benzema jiftaħ kawża kontra Ministru Franċiż

Aqra wkoll

L-attakkant Franċiż, Karim Benzema, fetaħ kawża għal malafama kontra l-Mi­nistru tal-Intern ta’ Franza talli akkużah li għandu rabtiet mal-Fratellanza Musulmana.

Il-Ministru Gerald Darmanin qal f’Ottubru li Benzema “għandu rabta notorja” mal-grupp Iżlamiku Musulman, Sunni.

Għal dan il-kumment, l-avukat ta’ Benzema sostna li r-reputazzjoni tal-klijent tiegħu ittappnet b’mod inġust. 

Il-Fratellanza Musulmana hija pprojbita f’diversi pajjiżi, fosthom l-Eġittu, ir-Rus­sja u l-Arabja Sawdija.

Il-kumment tal-Ministru Darmanin wasal wara li l-player wera l-appoġġ tiegħu fuq X għan-nies ta’ Gaża bħala “vittmi mill-ġdid ta’ bumbardamenti inġusti li la jeħilsu lin-nisa u lanqas lit-tfal”.

Filwaqt li nnota n-nuqqas tiegħu li jesprimi simpatija simili għall-1,300 vittma Iżraeljana li l-Ħamas qatlu, fis-7 ta’ Ottu­bru, is-Sur Darmanin qal li l-eks attakkant internazzjoanli Franċiż kien “magħruf sew għar-rabtiet tiegħu mal-Fratellanza Musulmana”.

Ekonomija

Sport