Sunday, May 5, 2024

L-Awstralja mal-Aħħar 16 fit-Tazza Asjatika

Aqra wkoll

Fit-Tazza Asjatika, li qed issir fil-Qatar, l-Awstralja rreġistraw it-tieni rebħa minn daqstant logħbiet me­­ta din id-darba għelbu lis-Sirja bl-iskor ta’ 1-0 biex  flimkien mal-Qatar għaddew mal-Aħħar 16.  

Wara taqsima mingħajr goals, kien Jackson Irvine (59) li għamel id-differenza bejn iż-żewġ timijiet. 

*L-Uzbekistan għamlu pass tajjeb biex jikkwalifikaw għar-round li jmiss meta għelbu lill-Indja bl-iskor ta’ 3-0, bl-iskorers ikunu Abbosbek Fayzulla­yev (4), Igor Sergeev (18) u Sherzod Nasrulloev (45).

Sport