Friday, May 3, 2024

L-Eġittu qrib l-eliminazzjoni mit-Tazza Afrikana?

Aqra wkoll

Għat-tieni darba fit-Tazza Afrikana, l-Eġittu temmew fi draw din id-darba bl-iskor ta’ 2-2 kontra l-Ghana, biex jinsabu fit-tielet post ta’ Grupp B.

Huma dejjem ġrew wara r-riżultat hekk kif it-team tal-Ghana mar darbtejn fil-vantaġġ minn doppjetta ta’ Mohammed Kudus (45, 71). 

Iżda l-Eġizzjani rnexxielhom jiksbu d-draw minn Omar Marmoush (69) u Mostafa Mohamed (74).

Dan id-draw ipoġġi lill-Eġittu fit-tielet post meta żewġ timijiet biss jgħaddu għall-fażi li jmiss. 

Meta Cape Verde u Mozambique lagħbu partita waħda biss, il-klassifika qed taqra: Cape Verde – 3; Eġittu – 2; Mozambiqu u Ghana – 1.

Issa l-Eġittu jilagħbu kontra Cape Verde.

Dan it-tournament għal Mohamed Salah huwa mitmum hekk kif sofra injury fil-hamstring.

Sport