Wednesday, April 17, 2024

Bernard Grech ifakkar il-kuraġġ ta’ missieru filwaqt li jsellimlu u jirringrazzjah

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt ta’ John Grech, missier il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech. Ikkonferma l-aħbar l-istess Grech meta fuq il-mezzi soċjali sellem lil missieru u rringrazzjah ta’ kulma għamel miegħu.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qasam ħsieb dwar il-kuraġġ li kien juri missieru u li kull meta kien jistaqsih kif inhu, hu dejjem kien iwieġeb li tajjeb.

Kiteb dwar żjara partikolari ta’ ġimgħa ilu meta missieru diġà kien qiegħed iħoss li ħajtu waslet fl-aħħar u li minkejja dan, għall-istess mistoqsija, anke jekk bilkemm felaħ jitkellem, wieġbu li aħjar.

“Issa żgur aħjar. Issa strieħ. Issa tgawdi eternità ta’ mħabba li dejjem xettilt fina lkoll”, temm jikteb Grech.

Fost l-ewwel persuni li sellmu l-memorja ta’ John kien hemm il-Partit Nazzjonalista li filwaqt li esprima l-kondoljanzi lill-familja avża wkoll li l-attivitajiet politiċi tal-Ħadd tħassru wara din l-aħbar ta’ niket.

Ekonomija

Sport