Friday, April 19, 2024

Bernard Grech qal li d-diskors tiegħu tal-Ħamis, minflok fil-Parlament għamlu fil-pjazza

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li d-diskors li kellu jagħmel nhar il-Ħamis li għadda fil-Parlament, minflok għamlu fil-Kamra għamlu fil-pjazza ta’ quddiem l-istess bini.

Dr Grech kellu l-ħin allokat lilu fil-Parlament nhar il-Ħamis li għadda, iżda hekk kif wasal biex jibda dan informa lill-ispeaker li l-membri tal-Oppiżizzjoni kienet se jitilqu ‘l barra kif fil-fatt għamlu b’ħafna storbu.

Il-Kap Nazzjonalita għadda messaġġ li ġie mxandar fuq Net TV fejn wiegħed li l-Oppożizzjoni se tibqa’ tiddefendi lill-poplu u tħares l-interess nazzjonali. Hu sostna li waqt li l-Prim Ministru qed jgħid li jaċċetta s-sentenza tal-Qorti, fl-istess nifs qed jiddefendi lil Steward u ma hu qed jagħmel xejn biex iġib il-flus lura.

Il-Prim Ministru kif wiegħed nhar il-Ħamis li għadda fil-Parlament, kiteb lil Awditur Ġenerali biex jinvestiga kif u jekk intefqux kollha l-flus li ngħataw lil Steward.
Dr Grech kompla jakkuża lil Prim Ministru li sar l-avukat ta’ Steward u skont il-Kap tal-Oppożizzjoni għamel siegħa jipprova jgħid li Steward għamlu ħafna f’Malta.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista wieħed li l-Oppożizzjoni mhix se tieqaf titkellem, anke jekk xi ħadd jipprova jwaqqafa bħalma ġara fil-Parlament.

Sport