Friday, November 15, 2024

“Bernice kienet taf tħobb u dejjem fittxet li tagħti l-aħjar trobbija liż-żewġt uliedha”

Aqra wkoll

Folla kbira ta’ nies inġabret fil-Knisja Parrokjali ta’ Ħaż-Żebbuġ biex tagħti l-aħħar tislima lil Bernice Cassar.

Iċ-ċelebrant tal-quddiesa qal li lkoll ninsabu xxukkjati b’din it-traġedja u li bħal donnu waqgħet dalma fuq il-pajjiż kollu. Huwa fakkar il-valuri sbieħ tal-vittma u l-prinċipji li kienet tħaddan. Ma naqasx milli jfakkar fl-imħabba li kienet kapaċi toffri f’ħajjitha b’mod speċjali kif dejjem fittxet li tagħti l-aħjar trobbija liż-żewġt uliedha.

Huwa fakkar lil Bernice bħala mara ħabrieka li kienet lesta biex taqsam il-kwalitajiet sbieħ tagħha mal-kolleg tagħha u li bl-enerġija li kellha dejjem kienet tfittex biss il-ġid filwaqt li twarrab id-deni u l-ħsara.

Huwa kompla biex jappella biex dan l-episodju ikrah jgħallimna dwar il-bżonn li l-koppji jibbażaw iżjed fuq ir-rispett lejn xulxin u qatt ma jagħtu lok għall-vjolenza domestika. Tkellem ukoll dwar il-bżonn li jiżdied id-djalogu u li tinstab it-triq tan-nofs biex bi ftehim, tirrenja l-għaqda.

Ejja nkomplu nitgħallmu iżjed kif il koppja bmod speċjali tkompli tkun mibnija dejjem iżjed fuq ir rispett lejn xulxin u qatt ma jagħtu lok lill vjolenza domestika.
Rispett li niddjalogaw, insibu t triq tan nofs bi ftehim u li nfittxu vera l għaqda ta xulxin. Dan iservi ta’ eżempju għaċ-ċkejknin li għada pitgħada se jkunu l-ġenerazzjonijiet ta’ għada.

Bernice Cassar hija l-aħħar vittma ta’ femiċidju f’pajjiżna. Hija nqatlet b’tiri ta’ arma tan-nar fit-22 ta’ Novembru fil-limiti taż-Żona industrijali ta’ Kordin. Ir-raġel tagħha Roderick Cassar qiegħed ikun akkużat bil-qtil tagħha fost diversi akkużi oħra.

Ekonomija

Sport