Sunday, May 5, 2024

Joao Felix viċin li jitlaq lil Atletico Madrid

Aqra wkoll

Skont diversi ġurnali Spanjoli, ir-relazzjoni bejn il-kowċ ta’ Atletico Madrid Diego Pablo Simeone u Joao Felix ma tistax tkun agħar milli hi. Il-plejer Portugiż għandu seba’ mitt sena sabiex jitlaq mill-belt kapitali Spanjol sabiex imur jilgħab ma’ xi tim ieħor.

Il-Colchoneros qed jitolbu s-somma ta’ €100 miljun għalih b’timijiet Ewropej bħal Manchester United, Paris St Germain u Bayern Munich li qed isegwu l-progress tiegħu.

S’issa matul dan l-istaġun, Joao Felix lagħab 18-il darba ma’ Atletico Madrid, skorja erba’ gowls u wettaq tliet assists.

Sport