Sunday, May 5, 2024

Real Madrid interessati serjament f’Milinkovic Savic

Aqra wkoll

Real Madrid qed jirsistu ferm sabiex jiksbu s-servizzi tal-midfielder offensiv ta’ Lazio Sergej Milinkovic-Savic. Dan il-player kien qed jiġi segwit ukoll minn Juventus iżda minħabba l-problemi amministrativi li għandhom, kull tentattiv għalissa waqaf.

Huwa għalhekk li l-Merengues jidhru favoriti li jaslu għalih bil-kuntratt tiegħu f’Ruma jiskadi fis-sena 2024.

Milinkovic-Savic għandu 27 sena u ilu ma’ Lazio sa mis-sena 2015 fejn skorja 51 gowl f’245 partita.

Sport