Monday, March 17, 2025

Bid-dgħufija tiegħu llejla, Bernard Grech għadda ċ-ċwievet tat-tmexxija tal-PN lil Karol Aquilina

- il-Partit Labruista

Aqra wkoll

Illum il-poplu Malti u Għawdxi ra b’għajnejh Kap tal-Oppożizzjoni dgħajjef li mhux kapaċi jieħu deċiżjoni. Hekk qal il-Partit Laburista fi stqarrija ftit tal-ħin wara li l-Oppożizzjoni ħarġet ‘il barra mill-Parlament biex ma tikkundannax l-aġir fil-konfront tal-Ispeaker.

Issa għandna konferma ċara: Bernard Grech u l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista bl-ebda mod ma jistgħu jwaqqfu lil Karol Aquilina mill-estremiżmu li jrid li l-Oppożizzjoni tmexxi bih.

L-istqarrija tal-PL tgħid li għalhekk, l-unika għażla li kien fadallu Bernard Grech kienet li jfarfar, jabdika mir-responsabilità u jaħrab ‘il barra.

Il-Partit Nazzjonalista spiċċa f’konfużjoni u kaos.

Bejn il-politika ta’ mibegħda u l-politika li tikkundanna l-mibegħda: Bernard Grech u d-deputati Nazzjonalisti għażlu l-politika tal-mibegħda ta’ Karol Aquilina.

“Illum Bernard Grech u d-deputati kollha Nazzjonalisti kkonfermaw, issa biċ-ċertifikat, lil Karol Aquilina bħala l-Kap veru tal-Partit Nazzjonalista. Bid-dgħufija tiegħu, Bernard Grech għadda ċ-ċwievet tat-tmexxija tal-PN b’mod uffiċjali lil Karol Aquilina. Karol Aquilina issa sar il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Nazzjonalista sar Karol Aquilina,” itemm tgħid l-istqarrija tal-Partit Laburista.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport