Monday, December 9, 2024

Biden jallega li Putin huwa responsabbli għall-mewt ta’ Alexei Navalny

Aqra wkoll

Il-President Amerikan Joe Biden qal li jinsab irrabjat aktar milli sorpriż. Dan wara li lbieraħ ġie rrapurtat il-mewt ta’ Aleksei Navalny, il-politiku tal-oppożizzjoni li kien magħruf sew għall-kritika tiegħu fil-konfront tal-President Russu Vladimir Putin.

Is-Servizz tal-ħabs fir-Russja ħabbar li Navalny kien miet fil-ħabs u sostna li huwa kien intilef minn sensih wara mixja. Madanakollu s’issa għadha ma ħarġitx il-kawża tal-mewt tiegħu b’mod uffiċjali.

Biden qal li filwaqt li l-Istati Uniti għadha mhix ċerta eżatt x’ġara, jista jagħti l-każ li r-rapporti mir-Russja qegħdin jiffalsifikaw u jaħbu l-verità dwar il-mewt ta’ Aleksei. Huwa qal li ħadd m’għandu jmut hekk, la fir-Russja u fl-ebda post fid-dinja. 

Ekonomija

Sport