Monday, January 13, 2025

Biden jippremja lil Papa Franġisku bil-Midalja Presidenzjali tal-Libertà

Aqra wkoll

Il-President Amerikan Joe Biden ippremja lill-Papa Franġisku bil-Midalja Presidenzjali tal-Libertà, bir-raġuni li l-Papa Franġisku kien id-dawl ta’ fidi, ta’ tama, u ta’ imħabba li jiddi mad-dinja kollha. 

Biden kien se jippreżenta l-midalja lill-Papa personalment f’Ruma nhar is-Sibt f’dak li kellu jkun l-aħħar vjaġġ barra l-pajjiż tal-presidenza tiegħu, iżda kellu jikkanċella l-pjanijiet tal-ivvjaġġar tiegħu sabiex ikun jista’ jagħti prijorità lin-nirien li hemm mifruxa f’Kalifornja. 

Il-White House qalet li Biden ta l-premju lill-Papa permezz ta’ telefonata li fiha ddiskutew ukoll l-isforzi biex jippromwovu l-paċi u jtaffu t-tbatija madwar id-dinja. Biden innifsu kien irċieva l-istess midalja mill-President ta’ dak iż-żmien Barack Obama.

Dwar il-Papa, Biden qal li l-fatt li jaqdi lill-foqra qatt ma waqfet. Iddeskriva lil Papa Franġisku bħalaragħaj b’mħabba, li jwieġeb bil-ferħ il-mistoqsijiet tat-tfal dwar Alla. Qal ukoll li l-Papa huwa dak li jgħinha niġġieldu għall-paċi u mexxej li jaċċetta t-twemmin differenti. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport