Wednesday, March 27, 2024

Bidwi Palestinjan jiskopri mużajk Biżantin fl-għalqa tiegħu

Aqra wkoll

Bidwi Palestinjan għa­mel sejba mhux tas-soltu waqt li kien qiegħed iħawwel is-siġar taż-żebbuġ f’għalqa li għandu ġewwa l-Medda ta’ Gaża. 

Waqt li Salman al-Nabahin u ibnu kienu qegħdin jippreparaw l-art biex iħawlu dawn is-siġar huma sabu art tal-mużajk mill-isbaħ li tmur lura għal żmien il-Biżantini. Kif kif għamlu din is-sejba huma komplew ineħħu iktar ħamrija u sabu iktar mużajk li juri immaġini kkuluriti ta’ annimali u għasafar. 

Esperti li marru fuq il-post iddeskrivew din is-sejba bħala waħda mill-ikbar teżori arkeoloġiċi qatt misjuba ġewwa Gaża. Huma baqgħu mistagħġba bil-finezza ta’ dan il-mużjak. Nabahin, meta kien intervistat minn Reuters, qal li huwa rrealizza li dan kien mużajk tal-era Biżantina wara riċerka żgħira li għamel fuq l-internet. Nabahim qal li din hija sejba ikbar minn teżor għax hija turija tal-legat Palestinjan. 

L-Imperu Biżantin kien jikkonsisti fil-parti tal-Lvant ta’ dak li kien l-Imperu Ruman.

Ekonomija

Sport