Saturday, December 21, 2024

Biljunarju Għawdxi-Awstraljan qed jaffaċċja akkużi fuq allegatament lotterija

Aqra wkoll

Adrian Portelli, il-biljunarju Awstraljan minn Nadur Għawdex disa’ akkużi u jinsab mixli li Nofsinhar tal-Awstralja li għen fit-tmexxija ta’ lotterija illegali. Qed jiġi rrapurtat li l-kumpanija tiegħu, Xclusive Tech Pty Ltd, qed tiffaċċja wkoll għaxar akkużi għat-tmexxija jew l-assistenza fit-tmexxija ta’ lotterija illegali.

Dik li magħrufa bħala CBS fl-Awstralja, li tfisser is-servizz tal-konsumatur u n-negozju wettqet investigazzjoni fuq Portelli, b’dan mistenni jitressaq il-Qorti. Huwa mifhum li l-istess reati seħħew fil-perjodu ta’ bejn Jannar tal-2023 u Mejju ta’ din is-sena.

L-akkużi jinkludu t-tmexxija/assistenza fit-tmexxija ta’ lotterija illegali permezz ta’ abbonament li pprovdew dħul f’lotterija. Qed jiġi rrapurtat ukoll li premju ewlieni f’din il-lotterija kienet propjetà f’Gisborne fl-istat ta’ Victoria.

Ftit tas-sigħat wara li nħarġu l-akkużi, Portelli nnifsu organizza festin fil-penthouse tiegħu f’Melbourne. Irrimarka li la l-kummissarju mhux se jippermetti li jirbħu premjijiet maġġuri allura kien iddeċieda li se jibda jqassam premjijiet fi flus ta’ elf dollaru kuljum.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport