L-għeruq storiċi tal-Birgu jmorru lura għaż-żminijiet tal-Feniċi, l-ewlenin abitanti baħħara magħrufa ta’ dawn il-Ġżejjer. Minħabba l-kenn li joffri fil-Port il-Kbir, il-Birgu sar belt marittima importanti u ċentru ta’ attività navali fis-snin ta’ wara. Il-Birgu laħaq il-glorja tiegħu fi żmien il-Kavallieri Ospitallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm fejn sabbilew ruħhom meta waslu Malta fl-1530.
Il-Birgu kien il-protagonist waqt l-Assedju l-Kbir tal-1565 mill-Ottomani ta’ Suleiman il-Kbir, li skond xi storiċi moderni jiddeskrivuħ bħala l-Stalingrad tas-seklu sittax.
Mill-Birgu l-Kavallieri marru fil-belt ġdida tagħhom, il-Belt Valletta. Kien is- sede tal-Kunsill Muniċipali, tal-Kurja ekkleżjastika u tal-Inkwiżizzjoni. Fortifikazzjonijiet antiki tas-seklu sittax idawwru din il-belt li jżidu mal-karatteristiċi storiċi tagħha bħala belt ta’ arkitettura u kultura.
Dan il-ktieb bl-Ingliz huwa storja fil-qosor tal-Belt Vittoriosa, irrakkontat billi l-awtur jieħu lill- qarrej f’diversi toroq u bnadi ohra filwaqt li jagħti taghrif dwar l-oriġini u l-importanza tagħhom.
Il-postijiet ta’ interess jinkludu knejjes, palazzi, bini antik, statwi, niċeċ, plakki tal- irħam u anki siti ta’ edifiċji li ntilfu matul iz-żmien. Il-ktieb huwa miżgħud b’ħafna ritratti meħuda minn Lorraine Abela, apparti xi wħud mill-arkivji. Fih ukoll mappa informattiva tal- Birgu li tindika fejn jinsabu l-postijiet deskritti fil-ktieb.