Birkirkara Boċċi huma ċ-champions tal-Amateur League tal-Blackball wara wirja pożittiva fid-derby kontra Birkirkara Juve hekk kif fil-finali rebħu 11-7.
Din kienet l-ewwel minn sensiela ta’ ħames finali li se jintlagħbu din il-ġimgħa u li fiha jiġu determinati r-rebbieħa tal-kampjonati rispettivi.
Kienet logħba ta’ botta u risposta bejn dawn iż-żewġ timijiet b’Birkirkara Boċċi li għal ħafna mid-drabi kienu fil-vantaġġ iżda b’Birkirkara Juve li dejjem baqgħu wara l-avversarji. Fl-aħħar mill-aħħar kienu tal-ewwel li ħarġu rebbieħa.
Illejla tintlagħab it-tieni finali tal-ġimgħa, dik mill-Community League bejn Cospicua Rangers B u San Ġwann Tiki Taka Buddies.



