Tuesday, June 16, 2026

L-Akkademja ta’ Qormi FC torganizza serata ta’ premjazzjoni

Aqra wkoll

Qormi FC Nursery organizzaw is-serata ta’ premjazzjoni fi tmiem l-istaġun 2025/26 f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan fejn fiha ġew ippremjati plejers mill-kategoriji ta’ taħt l-erba’ snin sa żgħażagħ li jiffurmaw parti mit-tim ta’ taħt il-21 sena. Din kienet it-tielet edizzjoni ta’ dan l-avveniment li issa sar parti mill-kalendarju annwali tal-klabb.

Ingħataw rikonoxximenti għall-aqwa goalkeepers, difensuri, plejers ta’ nofs il-ground u attakkanti kif ukoll intgħażel l-aqwa plejer, l-iktar wieħed dedikat u promettenti. Għall-ewwel darba saru wkoll l-aqwa 11-il plejer li ntgħażlu minn kull kategorija, xhieda tal-impenn li għamlu l-plejers żgħażagħ ta’ Qormi tul dan l-istaġun twil u intensiv.

Fis-serata, li kellha attendenza ta’ madwar 400 ruħ, tkellmu diversi esponenti minn din l-akkademja fejn kollha irringrazzjaw lill-ġenituri u t-tfal li qed jagħmlu dan il-proġett li nbeda wieħed ta’ suċċess.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport