Tuesday, June 16, 2026

Nicholas Strickland viċin li jingħaqad ma’ Swieqi United FC b’self għall-istaġun li ġej fiċ-Challenge League

Aqra wkoll

L-attakkant żagħżugħ ta’ Sliema Wanderers FC, Nicholas Strickland, jinsab viċin li jingħaqad ma’ Swieqi United FC b’self għall-istaġun li ġej fiċ-Challenge League.

Sorsi qrib il-klabb Slimiż indikaw li d-deċiżjoni ttieħdet bħala parti mill-pjan fit-tul tal-klabb għall-iżvilupp tal-plejer. Minkejja li Strickland mistenni jingħaqad ma’ Swieqi United, huwa jibqa’ meqjus bħala parti mill-proġett futur ta’ Sliema Wanderers, li jaraw fih potenzjal biex fil-futur ikun jista’ joffri aktar lill-ewwel tim.

Il-mossa hija maħsuba biex tagħti lill-attakkant ta’ 20 sena aktar ħin regolari fil-grawnd u opportunità biex ikompli jiżviluppa l-logħba tiegħu f’ambjent kompetittiv.

Swieqi United qed ifittxu li jsaħħu l-għażliet offensivi tagħhom hekk kif jippreparaw għall-isfidi tal-istaġun il-ġdid fiċ-Challenge League, u l-wasla ta’ Strickland tista’ tkun żieda importanti għall-iskwadra tagħhom.

S’issa għadha ma tħabbret l-ebda konferma uffiċjali mill-klabbs involuti, iżda l-ftehim huwa mifhum li jinsab fi stadju avvanzat u jista’ jiġi finalizzat fil-ġimgħat li ġejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport