Thursday, November 12, 2026
Home Sport Birkirkara Bocci jirbħu r-Regional Knockout 2026 tal-Blackball

Birkirkara Bocci jirbħu r-Regional Knockout 2026 tal-Blackball

0
34

Birkirkara Bocci ġew inkurunati champions tar-Regional Knockout 2026, organizzat mill-Malta Blackball Pool Federation, wara rebħa ta’ 11-6 kontra Cospicua Rangers B fil-finali li ntlagħbet fil-Juventus Club, Birkirkara.

Cospicua bdew tajjeb u marru 2-0 minn fuq, iżda Birkirkara dawru r-riżultat għal 3-2 fi tmiem l-ewwel sessjoni. Fit-tieni sessjoni, Birkirkara rebħu l-ħames frames kollha biex fetħu vantaġġ ta’ 8-2.

Cospicua Rangers B irreaġixxew fit-tielet sessjoni, li rebħuha 4-1, biex naqqsu d-distakk għal 9-6. Madankollu, Marcel Micallef u Jason Micallef rebħu l-aħħar żewġ frames biex aċċertaw it-titlu għal Birkirkara.

Marcel Micallef u Jason Micallef spikkaw bi tliet rebħiet kull wieħed, filwaqt li Matthew Vella u Darren Schembri kisbu żewġ rebħiet kull wieħed.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here