Birkirkara FC iffirmaw lill-goalkepeer mill-Kamerun, Fabrice Ondoa.
Rebbieħ tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani mal-Kamerun, Ondoa kien rebaħ ukoll l-unur tal-Aqwa Goalkeeper tat-Tournament matul il-kampanja trijonfanti tal-AFCON tal-2017 ta’ pajjiżu.
B’esperjenza internazzjonali kbira u mentalità rebbieħa, il-goalkeeper Kamerunjan issa jingħaqad mal-Istripes hekk kif huma qed ikomplu jsaħħu l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej.
Birkirkara FC awguraw kull suċċess lil Fabrice għall-istaġun li ġej.




