Sliema Wanderers kisbu s-servizzi tal-winger Belġjan ta’ 33 sena Anthony Limbombe Ekango.
Tul il-karriera tiegħu, Limbombe lagħab ma’ KV Mechelen, KRC Genk, Lierse SK, Club Brugge u SK Beveren fil-Belġju, NEC Nijmegen u Almere City fl-Olanda, FC Nantes fi Franza, Ironi Kiryat Shmona fl-Iżrael u Akritas Chloraka f’Ċipru.
Il-Wanderers qabel kienu ħatru lil Branko Nisevic bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom u ffirmaw lil Henry Bonello, Teddy Teuma, Alex Satariano, Vlatko Drobarov, Nigel Robertha, Diego Camara u Brian Gambarte.




