Thursday, August 6, 2026
Home Sport Mosta jassiguraw is-servizzi tal-midfielderBrażiljan Wanderson Pinheiro Diniz

Mosta jassiguraw is-servizzi tal-midfielderBrażiljan Wanderson Pinheiro Diniz

0
2

Mosta assiguraw is-servizzi tal-midfielder offensiv Brażiljan ta’ 29 sena, Wanderson Pinheiro Diniz.

Matul il-karriera tiegħu, Wanderson Gotinha kien fuq il-kotba ta’ Atletico Babacu, ABC, Sao Jose, CRB, Americano, Maranhao, Expressing, Bacabal, Juventude, Lago Verde, Rio Branco, IAPE, Trem, Amazonas FC u Moto Club.

Sadanittant, Prince Afriyie se jerġa’ jilgħab għal Mosta wara perjodu fil-Greċja ma’ PAOK B b’self.

Il-Blues qabel kienu ffirmaw lil Geoffrey Acheampong, Thiaguinho, Nathan Cross u Lydon Seychell u qablu fuq kuntratti ġodda ma’ Giancarlo Goncalves, Jayden Farrugia, Sacha Cachia, Nevin Portelli u Kurt Zammit.

Sadanittant, minbarra d-direttur tekniku Mario Muscat u l-kowċ ewlieni Joseph Grech li ġew ikkonfermati, il-coaching staff ta’ Mosta ġie msaħħaħ bil-kowċ Saviour Debono Grech.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here