Birzebbuga St. Peter’s kisbu s-servizzi tal-midfielder Daniż ta’ 29 sena, Rasmus Thellufsen Pedersen.
It-tim li għadu kif ġie promoss ikkonferma lil Edgar Degabriele bħala l-kowċ tagħhom u qabel kien ħabbar l-akkwisti ta’ Jackson Mendoza, Yuri Messias, Shaun Dimech, Kurt Bondin, Daishawn Redan, Sam Azimzadeh Tabrizi, Pietro Tomaselli u l-goalkeeper Matteo Chiesa.
Alex Bruno, Miguel Azzopardi, Jacob Walker, Juan Bolanos, Zachary Cassar, Matthew Xuereb, Hubert Vella Genovese, Daniel Zerafa u l-goalkeeper Julian Azzopardi kienu kkonfermati filwaqt li Charles Chibueke, William James England, Duvan Mosquera, Jamie Scerri, Chris Baker, Joey Reno Vella, Leo Agius, Randall Vella, Paul Lapira u l-goalkeeper James Pisani ma nżammux.




