Saturday, March 1, 2025

Birkirkara jegħlbu lil Hibernians b’goal f’kull taqsima

Aqra wkoll

Birkirkara …….2

Hibernians ……0

Minn Cristian Muscat

Birkirkara komplew jikkonvinċu u kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu l-isfida ta’ Hibernians bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals jaslu wieħed f’kull taqsima

Hibernians reġgħu kellhom jgħaddu mingħajr is-servizzi ta’ Jurgen Degabriele u Lucas Caruana, minħabba li għadhom qed jirkupraw minn injury.

Kienu Hibernians li ħolqu l-ewwel periklu, li wasal fl-14-il minuta, meta xutt b’saħħtu ta’ Alex Bruno da Silva minn barra l-kaxxa għadda ftit barra.

Huma komplew jippressaw u fit-23 minuta l-awtur ta’ doppjetta fil-partita preċedenti kontra Mosta, Lucas Lapert Villela, ittanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li għadda jħak­kek mal-wieqfa.

Iżda, fis-37 minuta, kienu Birkirkara li kontra x-xej­ra tal-logħob fetħu l-iskor meta LAUTARO LEANDRO LACUNZA kellu xutt b’saħħtu minn tarf il-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper, Pablo Nino Sanchez, isalva.

Huma komplew jinsistu u, fit-42 minuta, reġa’ kien Lacunza li għoddu rdoppja l-iskor għall-istripes meta kellu x-xutt tiegħu minn pożizzjoni angolata jaħbat mal-mimduda u mal-wieqfa, qabal ħabat ma’ Alex Da Paixao Alves … bil-ballun jintemm barra u bil-Pawlisti jeħilsuha ħafif.

Fid-69 minua Hiber­nians appellaw għall-penalty me­ta s-sostitut Natha Felicio Carvalho deher li allegatament twaqqa’ fil-kaxxa, iżda r-referee Alex Johnson kien pront u wera l-karta safra lill-player Brażiljan għal simulazzjoni.

Hibernians komplew jiddettaw il-logħob u fis-77 minuta u tilfu ċans tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs meta Lucas Lapert Villela kellu t-tentattiv tiegħu mill-viċin salvat f’corner minn fuq il-linja mid-difensur Taljan Alessandro Coppola b’rasu, biex evita goal ċert.

Tliet minuti wara reġgħu appellaw għall-penalty me­ta Dexter Xuereb deher jitwaqqa’ fil-kaxxa iżda r-referee reġa’ ħalla l-logħob għaddej.

U għal darb’oħra kontra x-xejra tal-logħob, fit-82 minuta, kienu Birkirkara li ssiġillaw ir-reb­ħa meta GISLAIN YIKPE approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża Pawlista, avvanza tajjeb u b’eleganza kbira xeħet il-ballun fix-xibka.

BIRKIRKARA: 1-Giacomo Volpe, 3-Ignacio Manuel Morello, 5-Agustin Sandona, 7-Alex Da Paixao Alves (93-Gislain Yikpe 66), 8-Paul Mbong (30-Nathan Cross 85), 20-Alex Satariano (10-Shaun Dimech 52), 24-Leandro Lautaro Lacunza, 25-Neil Micallef, 27-Alessandro Coppola, 59-Stephane Makoma, 91-Maxuell Maia   – Coach: Stefano De Angelis

HIBERNIANS: 1-Pablo Nino Sanchez, 4-Alfred Silas (17-Isaiah Chukunyere 85), 5-Kurt Shaw, 7-Lucas Lapert Villela, 8-Rodrigo Khevin Farga, 11-Bjorn Kristensen, 14-Dexter Xuereb, 20-Federico Falcone (9-Natha Felicio Carvalho 64), 21-Alex Bruno De Souza Silva (19-Stanislav Sorokin 85), 22-Ilias Martinis, 99-Rui Bruno Ribeiro – Coach: Branko Nisevic

REFEREE: Alex Johnson

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Vasil Vasilev

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORER: L. L. Lacunza 37, G. Yikpe 82 (B)

AMMONITI: A. Silas, L. Villela Lapert, N. F. Carvalho (H), S. Makoma, P. Mbong, S. Dimech (B)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport