Saturday, May 4, 2024

Birkirkara jiksbu s-servizzi ta’ Edward Sarpong

Aqra wkoll

Birkirkara kisbu s-servizzi tad-difensur xellugi ta’ 27 sena mill-Ghana, Edward Sarpong.

Prodott ta’ Unistar Academy Colts fil-Ghana, huwa mar jilgħab Spanja fejn lagħab għaż-żgħażagħ ta’ Real Aviles u Getafe. Aktar tard huwa mar jilgħab il-Portugall fejn ingħaqad ma’ Portimonense. Waqt li kien fil-Portugall, kellu wkoll perjodi ma’ Farense, Vendas Novas u CF Esperanca Lagos. Sentejn ilu, huwa mar jilgħab il-Litwanja ma’ FC Dziugas Telsiai.

Sarpong huwa t-tieni akkwist tal-klabb wara dak ta’ Andrea Zammit.

Sport