Saturday, April 19, 2025

Birkirkara jirritornaw għar-rebħ

Aqra wkoll

Birkirkara ……1

Mosta …………0

Minn Cristian Muscat

Wara tliet telfiet infila, Birkirkara rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 1-0.

Min-naħa l-oħra din kienet it-tielet telfa konsekut­tiva għal Mosta li fihom sofrew seba’ goals mingħajr ma skor­jaw wieħed.

Birkirkara kellhom lil Alex Satariano u Tomislav Papzov sospiżi, iżda laqgħu lura lil Neil Micallef, Alessandro Coppola u Maxuell Maia minn sospensjoni.

Min-naħa l-oħra, Mosta kellhom lill-player żagħżugħ Nathan Agius nieqes min­ħabba sospensjoni. Ma­dan­kollu, għalihom irritorna l-player Prince Emmanuel Chibuzor wara li serva żewġ logħbiet sospensjoni.

Kienu Mosta li ħolqu l-ewwel periklu wara kwarta logħob meta xutt ta’ Prince Emmanuel Chibuzor għadda ftit għoli.

Birkirkara wieġbu ħames minuti wara meta xutt bid- dawra ta’ Maxuell Maia għad­da ftit barra. Mosta reġgħu ħolqu l-periklu fis-37 minuta meta free-kick ta’ Clayton Failla għadda għoli.

Fil-41 minuta, l-Istripes kellhom ferħa bla temma meta Ignacio Manuel Morello mill-viċin tefa’ ġewwa iżda r-referee, Glen Tonna, kien ħassar dan il-goal minħabba senjalazzjoni ta’ offside.

Iżda erba’ minuti wara eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima, huma ma kellhomx jiġu mċaħħda meta wara li rċieva minn cross fil-baxx, MAXUELL MAIA, minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa biex kompla jsaħħaħ postu fil-quċċata tal-lista tal-iskorers b’21 goal.

Kien biss mas-siegħa logħob li waslet l-azzjoni sussegwenti denja ta’ nota, b’Birkirkara jkunu huma li joħolqu l-periklu, meta daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Maia ntemmet għoli.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u erba’ minuti wara rebħu penalty meta Shaun Dimech twaqqa’ fil-kaxxa minn difensur ta’ Mos­ta. Iżda mill-11-il metru, Maia ra lill-goalkeeper, Jorgen Demba, jsalva t-tentattiv tiegħu.

Fl-74 minuta, reġa’ kien Demba providenzjali għal Mosta meta salva xutt qawwi ta’ Paul Mbong.

BIRKIRKARA:  1-Giacomo Volpe, 3-Ignacio Manuel Morello, 5-Agustin Sandona, 8-Paul Mbong, 9-Kemar Reid, 10-Shaun Dimech (6-Pablo Leonel Gaitan 90), 25-Neil Micallef, 27-Alessandro Coppola, 30-Nathan Cross (4-Luis Mario Mina 46), 59-Stephane Donovan Makoma, 91-Maxuell Maia – Coach: Stefano De Angelis

MOSTA: 1-Jorgen Demba, 3-Matthew Bolanos Garcia (74-Jake Vassallo 90), 4-Prince Afriyie, 5-Sasha Cachia, 10-Gian­carlo Goncalves (9-Souleymane Kone 69), 13-Clayton Failla, 16-Gianluca Sciberras, 26-Prince Emmanuel Chibuzor, 29-Stephen Chiemezie (23-Joshua Agyemang 89), 30-Sunday Okereke, 31-Joao Victor Teixeira – Coach: Joseph Grech

REFEREE: Glen Tonna

ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, Kurt Saliba

RABA’ UFF: Joseph Scerri

SKORER: M. Maia 45 (B)

AMMONITI: G. Volpe, A. Sandona, P. Mbong, N. Micallef (B), J. V. De Souza Teixieira (M)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport