Gzira United ….0
Birkirkara ……..1
Minn Cristian Muscat
L-affarijiet għal Birkirkara qed jidhru sbieħ hekk kif partita wara l-oħra qed jikkonvinċu bis-sħiħ u jkomplu javvanzaw fl-istil ta’ logħob tagħhom. Il-bieraħ huma għelbu lil Gzira United bl-iskor minimu ta’ 1-0 biex kisbu t-tmien rebħa konsekuttiva.
Kienet partita b’xi waqtiet nervużi, li fiha Birkirkara amministraw tajjeb lill-avversarji u ftit li xejn tawhom ċans jiddettaw il-logħob tagħhom. Fost oħrajn reġa’ spikka Alex Satariano li reġa’ rriżulta bħala mutur f’nofs il-ground hekk kif qed ikollu staġun mill-aqwa.
Kienu Birkirkara li ħolqu l-ewwel periklu fit-12-il minuta meta Alex Satariano ttanta xortih permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa iżda sab lill-goalkeeper ta’ Gzira, Justin Haber, attent, li salva bi bravura.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u meritatament fetħu l-iskor żewġ minuti biss wara meta AGUSTIN SANDONA kellu l-ewwel xutt tiegħu imblukkat mid-difiża tal-Maroons biex mir-rebound spara ġewwa u tefa’ lill-partitarji numerużi Karkariżi f’delirju ta’ ferħ.
Gzira wieġbu għall-ewwel darba fit-43 minuta meta l-captain Zachary Scerri kellu xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa li ntemm ftit barra.
Fis-46 minuta Alex Da Paixao Alves dar tajjeb ma’ difensur avversarju qabel ra x-xutt tiegħu salvat bi bravura mill-goalkeeper Giacomo Volpe.
Birkirlara wieġbu fit-58 minuta meta Alex Satariano għalkemm ippressat baqa’ jippersisti u t-tentattiv tiegħu ġie mdawwar f’corner.
Fit-82 minuta, il-Gżirjani fallew ċans tad-deheb li jiksbu d-draw meta Thaylor Aldama kellu x-xutt tiegħu minn pożizzjoni ideali salvat minn saqajn Volpe.
Tliet minuti wara, Kevin Tulimieri bir-ras falla minn taħt il-lasti.
GZIRA U.: 16-Justin Haber, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 4-Joseph Minala (6-Andrew Borg 81), 5-Enrico Pepe, 7-Thaylor Aldama, 8-Zachary Scerri (92-Kevin Tulimieri 63), 9-Marcelo Dias (11-Faysal Hassany 81), 18-Christian Saint Ebisindor, 20-Alex Da Paixao Alves, 23-Farid Romero Zuniga, 93-Thiago Espindola (17-Jurgen Pisani 46) – Coach: Andrew Cohen
BIRKIRKARA: 1-Giacomo Volpe, 3-Ignacio Morello, 5-Agustin Sandona, 6-Pablo Gainta, 8-Paul Mbong, 20-Alex Satariano, 24-Leandro Lacunza, 25-Neil Micallef, 30-Nathan Cross, 91-Maxuell Maia (99-Juan Siafa 80), 93-Gislain Yikpe – Coach: Stefano De Angelis
REFEREE: Slobodan Petrovic
ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Duncan Spencer
RABA’ UFF: Ishmael Barbara
SKORER: A. Sandona 14 (B)
AMMONITI: J. Minala, E. Pepe, T. Aldama, G. Bohrer Mentz, F. Romero Zuniga, T. Espindola (G), L. Lacunza, P. Gaitan, M. Maia (B)