Il-holders Birkirkara se jkunu qed jilagħbu maċ-champions u l-leaders attwali tal-BOV Premier League Hamrun Spartans fil-kwarti tal-finali tal-IZIBET FA Trophy. Il-poloz ttellgħu nhar it-Tlieta mid-Direttur tal-Football Operations tal-Malta FA Stephen Azzopardi assistit mill-eks plejers tat-tim nazzjonali Malti Roderick Briffa u l-Ambaxxatur tal-Marka IZIBET Andrew Hogg.
Marsaxlokk se jkunu qed jiffaċċjaw lil Floriana, Mosta se jiltaqgħu ma’ Sliema Wanderers filwaqt li Gzira United se jilagħbu mat-tim mill-Amateur League Mgarr United fil-kwarti tal-finali l-oħra.
Il-kwarti tal-finali jintlagħbu nhar is-Sibt 30 ta’ Marzu u t-Tnejn l-1 ta’ April.
Kwarti tal-Finali
Marsaxlokk FC v Floriana FC
Birkirkara FC v Hamrun Spartans FC
Mosta FC v Sliema Wanderers FC
Gzira United FC v Mgarr United FC
Fir-rawnds ta’ qabel, Marsaxlokk għelbu lil Zejtun Corinthians 5-0 u lil Swieqi United 3-0 filwaqt li Floriana għelbu lil Naxxar Lions 2-0 u lil Zebbug Rangers 7-1.
Birkirkara għelbu lil Attard 3-1 u lil Sirens 1-0 wara l-ħin barrani biex waslu f’dan l-istadju filwaqt li Hamrun Spartans għelbu lil Lija Athletic u Gudja United bl-istess skor ta’ 3-0.
Mosta għelbu lil Pieta’ Hotspurs 5-1 u Valletta 2-1 filwaqt li Sliema Wanderers għelbu lil Marsaskala 3-0 u lil Balzan 1-0 wara l-ħin barrani.
Fir-rawnds ta’ qabel, Gzira United għelbu lil Fgura United 2-0 u Hibernians 1-0 filwaqt li Mgarr United għelbu lil Msida St Joseph 3-1 u lil Santa Lucia bil-penalties wara draw ta’ 2-2 fi tmiem id-90 minuta u draw ta’ 3-3 wara l-ħin barrani.
Is-Semi-Finali huma skedati għall-11 u t-12 ta’ Mejju u l-Finali fit-18 ta’ Mejju.