Birkirkara Women Futsal għelbu lil Southampton Aztecs 4-2 fl-ewwel partita internazzjonali ta’ ħbiberija tan-nisa li qatt saret f’Malta.
It-tim Malti wera determinazzjoni u kwalità tul il-logħba kollha u dejjem kien fil-vantaġġ sabiex kiseb rebħa meritata. Estephany Colmenarez skorjat doppjetta filwaqt li l-goalkeeper Rachel Borg u Shakira Bugeja żiedu aktar gowls f’din ir-rebħa prestiġjuża.
Għal Southampton Aztecs, Brooklynne Andrew u Emma Whitlock naqqsu d-distakk, iżda l-isforz tagħhom ma kienx biżżejjed biex jevitaw it-telfa.
Din ir-rebħa storika tkompli turi l-iżvilupp tal-futsal tan-nisa f’Malta u tagħti kuraġġ kbir lil Birkirkara għall-isfidi li ġejjin speċjalment għall-kampjonat tal-futsal femminili li se jibda f’Ottubru.
Formazzjonijiet
Birkirkara Women Futsal:
Rachel Abela Borg, Shakira Bugeja (Captain), Audrey Chetcuti, Edera Marmarà, Estefany Colmenarez, Laury Carrasco, Khusma Rai, Kirsty Paris, Ngwala, Carol Salazar, Cherise Zammit, Liliana Cohete.
Southampton Aztecs:
Lauren Sayler, Nicola Curtis, Rebekah Tonks (Captain), Laura Ingram, Ayuma Asira, Bethany Anderson, Amy Forward, Ruby Parsons, Emily Hartley, Brooklynne Andrew, Alicia Millington, Emma Whitlock, Amber Treweek.
Referees: Jonathan Balzan u Sara Kankaras.




