Friday, July 31, 2026
Home Sport Ġurnata perfetta għat-timijiet Maltin tal-Golf

Ġurnata perfetta għat-timijiet Maltin tal-Golf

0
2

Ġurnata ferm pożittiva għat-timijiet Maltin li qed jipparteċipaw fil-European Team Shield Championship tal-Golf li qed issir għall-ewwel darba f’pajjiżna hekk kif l-irġiel u n-nisa rebħu l-logħbiet mill-kwarti tal-finali.

It-tim tal-irġiel magħmul minn Ruud Critien, Andrew Borg, Oliver Davis u JJ Micallef Verlest għelbu lir-Rumanija 2-1. Il-qofol tal-konfront wasal wara rebħiet li kisbu Micallef Verlest, Critien u Davis sabiex xprunaw it-tim lejn il-fażi tal-aħħar erbgħa. B’hekk illum il-Maltin jilagħbu kontra l-Latvja b’ċans li saħansitra jgħaddu għall-finali.

Min-naħa tagħhom, it-tim tan-nisa magħmul minn Eliana Buhagiar, Laya Cristina, Serena Falzon Sant Manduca u Filipps Schulze Doering iddomina l-konfront kontra l-Ukrajna u rebħu 3-0. Illum huma jilagħbu s-semifinali tagħhom kontra San Marino.

Din hi l-ewwel darba li qed isir dan it-turnew f’pajjiżna u fejn jagħti opportunità lil pajjiżi Ewropej emerġenti fil-golf biex jikkompetu fuq livell internazzjonali filwaqt li jkompli jippromwovi l-iżvilupp tal-isport. Din il-kompetizzjoni qed issir b’kollaborazzjoni ma’ Sport Malta u l-Malta Golf Association.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here