Tuesday, May 14, 2024

Birżebbuġa jirbħu mingħajr wisq tbatija

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Otters………………..6

Birżebbuġa………..16

(1-5, 0-4, 2-3, 3-4)

Birżebbuġa ftit li xejn tħabtu biex għelbu l-isfida tal-Għawdxin ta’ Otters bl-iskor kbir ta’ 16-6.

Għalihom spikkaw Giu­seppe Mannino u Gabriel Sammut li rreġsitraw hat-trick personali. Dan filwaqt li l-aqwa skorer għal Otters kien Zion Bartolo li wkoll skorja tliet goals. 

Birżebbuġa għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-logħba u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor kbir ta’ 5-1, biex kienu diġá acċertaw ruħhom mir-rebħa.

L-iskorers kienu Neil Cassar (2), Giuseppe Mannino, Gabriel Sammut u Ben Grech. Min-naħa tiegħu, Zion Bartolo skorja l-goal waħdani għall-Għawdxin.

It-team minn nofsinhar ta’ Malta ttrijonfa wkoll fit-tieni sessjoni, din id-darba bil-punteġġ ta’ 4-0, bl-awturi tal-goals ikunu Julian Farrugia, Giuseppe Mannino (2) u Simeon Bezzina. 

Birżebbuġa rebħu wkoll it-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, fejn għalihom irnex­xielhom iniżżlu isimhom fil-lista tal-iskorers Ryan Mock, Keith Tanti u Gabriel Sammut. Dan sabiex Matthias Bonnici u Luke Grech Carr wieġbu għal Otters.

It-team immexxi mill-coach Pierre Borg għamilhom erbgħa minn erbgħa meta rebaħ ukoll ir-raba’ sessjoni bl-iskor strett ta’ 4-3, bl-iskorers għalihom ikunu Gabriel Sammut minn penalty, Ben Grech u Miguel Curmi (2). Zion Bartolo (2) u Matthias Bonnici minn penalty irrispondew għal Otters.

 Otters: 1-Matthew Xerri, 2-Matthias Bonnici (2), 3-Karl Scicluna, 4-Luke Grech Carr (1), 5-Matthew Far­rugia, 6-David Dimech, 7-Isaac Azzopardi, 8-Steve Dimech, 9-Luigi Dimech, 10-Simon Apap, 11-Zion Bartolo (3), 12-Andrew Dimech, 13-Giovanni Gatt Ellis – Coach: Robert Munkacsy

Birżebbuġa: 1-Miguel Vas­sallo, 2-Julian Farrugia (1), 3-Neil Cassar (2), 4-Ben Grech (2), 5-Christian Mif­sud, 6-Ryan Mock (1), 8-David Cutajar, 10-Keith Tanti (1), 11-Giuseppe Mannino (3), 12-Miguel Curmi (2), 13-Matthew Sladden, 14- Gab­riel Sammut (3), 15-Si­meon Bezzina (1)  – Coach: Pierre Borg

Referees: Alessandro Chimenti, Alex DeRaffaele

Sport