Wednesday, April 24, 2024

Biża’ li t tfajla li qed tgħid li hi Madelein għandha l-leukemia

Aqra wkoll

Hekk kif l-istorja ta’ Julia Faustyna li qed tallega li hi Maddie McCann baqgħet tiżviluppa, l-investigatur privat Fia Johansso li qed jieħu ħsieb il-każ tagħha qal li “ninsab ċert li mill-evidenza li għandu Julia ġiet traffikata minn grupp ta’ traffikanti tas-sess lejn il-Polonja.”

Aktar minn hekk Johansso qal li bħalissa Julia qed tagħmel testijiet mediċi minħabba biża’ li għandha l-leukemia. Hi tinsab konxja tas-sitwazzjoni ta’ saħħitha u qed tistenna r-riżultati b’serenità.

Fl-aħħar jiem kien hemm familja li ukoll qiegħda tallega li jista’ jkun li Julia hija t-tifla tagħhom li kienet ġiet misruqa snin ilu. Kien għalhekk li ttieħdu t-testijiet tad-DNA lil Julia u bħalissa qegħdin jiġu eżaminati.

Johansso li hu wkoll il-kelliem għal Julia qal li mill-Istati Uniti kellu jmur lejn il-Polonja biex jiġborha u jeħodha miegħu lejn l-Amerika minħabba t-theddid li bdiet tirċievi fuq ħajjitha.

Il-kelliem qal li minn dak li stabbilixxa jidher ċar li Julia kellha tfulija kerha ħafna u għaddiet minn diversi abbużi. Saħħitha ilha żmien twil sejra lura u minħabba li ħadd ma kien jagħti kasha, spiċċat qatt ma marret għand tabib.

Hekk kif waslet fl-Istati Uniti, Johansso qal li Julia pprovat tagħmel kuntatt mal-ġenituri tagħha fil-Polonja, iżda dawn ibblokkjaw in-numru tagħha u mhux qegħdin jirrispondu l-ebda telefonata.

Sport