Sunday, December 22, 2024

Bjorn Vassallo jżur is-sessjoni ta’ taħriġ tat-tim nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena

Aqra wkoll

Il-president tal-Malta FA, Bjorn Vassallo, it-Tlieta filgħodu żar is-sessjoni ta’ taħriġ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena qabel il-konfront kontra l-Kazakstan il-Ħamis fis-6pm fil-Tony Bezzina Stadium.

Il-partita hija valida minn Grupp B ta’ Kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew tal-UEFA U21.

Il-president tal-Malta FA Bjorn Vassallo qal li: “Tkun diffiċli kemm tkun diffiċli f’dan il-livell, dejjem imbottaw lilkom infuskom sal-limitu. Irrispettivament minn meta tilagħbu kontra l-Kazakstan jew xi nazzjon ieħor, ma tistenna xejn ħlief logħbiet iebsa, u għalhekk dak li tagħmel fit-taħriġ huwa importanti ħafna, peressli jagħtik is-saħħa biex tikseb aktar fil-grawnd.

Dan huwa l-istadju tagħkom u hija opportunità kbira fil-livell tal-U21 biex tiżviluppaw mhux biss fi plejers tal-futbol aħjar iżda wkoll biex turu l-potenzjal tagħkom biex eventwalment tiksbu l-post tagħkom fl-iskwadra tal-kbar.

Minkejja erba’ telfiet, ġie nnutat progress, partita wara l-oħra, għalhekk nawgura lilkom ilkoll, plejers u staff, l-aħjar biex timmassimizzaw iċ-ċansijiet tagħkom nhar il-Ħamis kontra l-Kazakstan.”

Ekonomija

Sport