Tuesday, September 15, 2026
Home Sport Blackball: Chaylon Castaldi u Ryan Pisani jfittxu li jirbħu t-titlu għall-ewwel darba

Blackball: Chaylon Castaldi u Ryan Pisani jfittxu li jirbħu t-titlu għall-ewwel darba

0
47

Chaylon Castaldi u Ryan Pisani se jiltaqgħu fil-finali taċ-Champion ta’ Malta 2026 tal-Blackball wara li għelbu lill-avversarji rispettivi tagħhom fis-semifinali li ntlagħbu lbieraħ filgħaxija fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara.

Castaldi, ta’ Hamrun 147, kompla jikteb l-istorja meta għeleb lil Mevrick Zammit 9-6 fl-ewwel semifinali. Ta’ 18-il sena, Castaldi sar l-iżgħar plejer li qatt wasal sal-finali ta’ dan il-kampjonat.

Fit-tieni semifinali, Ryan Pisani ipproduċa prestazzjoni dominanti u għeleb lil Nordai Desira bl-iskor konvinċenti ta’ 9-2, biex kiseb postu fl-aħħar att tal-kompetizzjoni.

B’hekk, il-finali se tkun bejn żewġ plejers li qed ifittxu li jirbħu t-titlu nazzjonali għall-ewwel darba fil-karriera tagħhom.

Il-finali se tintlagħab illum fis-7pm ġewwa s-sede tal-Malta Blackball Federation fil-Juventus Club ta’ Birkirkara u se tixxandar b’mod dirett fuq TVMSport+

Castaldi and Pisani to Battle for First National Title

Chaylon Castaldi and Ryan Pisani will meet in the final of the 2026 Malta Blackball Championship after both players won their respective semi-finals yesterday evening at the Juventus Club Vero Amore in Birkirkara.

Castaldi, representing Hamrun 147, continued to make history after defeating Mevrick Zammit 9-6 in the first semi-final. At just 18 years of age, Castaldi became the youngest player ever to reach the final of this championship.

In the second semi-final, Ryan Pisani produced a dominant performance to beat Nordai Desira 9-2 and secure his place in the final.

The final will therefore feature two players who will both be aiming to win the national title for the first time in their careers.

The final will be played today at 7pm at the Malta Blackball Federation premises at the Juventus Club in Birkirkara and will be broadcast live on TVM Sport+.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here