Gary Carr ġie nkurunat bħala r-rebbieħ tal-finail tal-ħames ranking tournament organizzat mill-Malta Blackball Pool Federation, f’kompetizzjoni li tifforma parti mill-preparamenti għall-Kampjonati tad-Dinja tad-WPA li se jsiru f’Londra fl-2026.
Fil-finali tal-kategorija tal-irġiel, Carr għeleb lil Philip Coleiro bl-iskor ta’ 10-6, biex b’hekk kiseb it-titlu ta’ Tour 5 wara konfront kompetittiv bejn iż-żewġ plejers.
Dan is-suċċess ta lil Carr ukoll post fit-tim nazzjonali Malti tal-irġiel A li se jirrappreżenta lil Malta fil-Kampjonati tad-Dinja f’Londra.




