George Russell iddomina l-isprint tal-Grand Prix tal-Olanda, fejn illidja mit-tluq sal-aħħar biex kiseb rebħa għall-Mercedes.
Huwa kkontrolla t-tellieqa minkejja l-pressjoni minn Lando Norris, li fil-bidu kellu vantaġġ ta’ sekonda fuqu iżda b’mod gradwali beda jċedi.
Id-deċiżjoni ta’ Charles Leclerc li juża tyres rotob irriżultat tajjeb, hekk kif kompla jibni l-istrateġija tiegħu matul it-tellieqa biex qabeż lil Norris sitt dawriet qabel it-tmiem u spiċċa fit-tieni post. Norris temm fuq il-podju wara li b’diffikultà żamm lil Kimi Antonelli tal-Mercedes warajh, li spiċċa fir-raba’ post.
Oscar Piastri daħal fil-ħames post wara li għadda lil Max Verstappen, filwaqt li Lewis Hamilton spiċċa fis-seba’ post għall-Ferrari. Ir-rebħa tat lil Russell tmien punti u naqqset id-distakk tiegħu fil-kampjonat minn Antonelli għal 56 punt. Ix-xita kienet imbassra lejn it-tmiem, iżda waslet biss eżatt kie intemmet l-isprint race u b’hekk ġiet evitata finali potenzjalment drammatika.

Il-pożizzjonijiet kienu hekk:
1. George Russell (Mercedes) – 8pti
2. Charles Leclerc (Ferrari) – 7
3. Lando Norris (McLaren) – 6
4. Kimi Antonelli (Mercedes) – 5
5. Oscar Piastri (McLaren) – 4
6. Max Verstappen (Red Bull) – 3
7. Lewis Hamilton (Ferrari) – 2
8. Pierre Gasly (Alpine) – 1




