Friday, April 17, 2026

Blackball: Ġurnata oħra perfetta għat-timijiet Maltin

Aqra wkoll

It-timijiet nazzjonali Maltin li qed jieħdu sehem fit-Tazza tan-Nazzjonijiet 2026 f’Ġibilta’ komplew bis-serje pożittiva li għaddejjin minnha hekk kif rebħu t-tmien logħbiet li kienu involuti fihom.

Hekk kif intlagħbet ir-raba’ ġurnata ta’ din il-kompetizzjoni, l-iktar tim attiv kien it-tim A tal-irġiel li rebaħ it-tliet logħbiet li lagħab kontra Mauritius 20-5, British Armed Forces A 17-8 u Awstralja 15-10.

Mill-banda l-oħra, it-tim B kellu rebħa ta’ 20-5 kontra Katalunja B f’logħba li l-plejers Maltin iddominaw. Huma żammew il-konsistenza anke kontra l-Awstralja tant li rebħu 20-5.

It-tim ta’ taħt it-23 sena għeleb lil Wales B1 20-5 fl-unika logħba li lagħbu filwaqt li s-Seniors irreġistraw skors pożittivi ta’ 14-11 kontra Wales u 19-6 kontra l-Irlanda.

Illum tintlagħab il-ħames ġurnata bit-timijiet Maltin li se jkunu involuti f’dawn il-logħbiet:

08:00

  • Malta Mens B vs Wales Mens B
  • Malta Seniors A vs BAF Seniors A
  • Malta U23 A vs Wales U23 B

11:00

  • Malta Mens B vs Skozja Mens B1
  • Malta Seniors A vs Australia Seniors A
  • Malta Mens A vs Ġibilta’ Mens A

14:00

  • Malta Mens A vs Irlanda ta’ Fuq Mens A
  • Malta Mens B vs Spanja Mens B1

17:00

  • Malta U23 A vs Wales U23 A

20:00

  • Malta U23 A vs Skozja U23 A

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport