Friday, April 17, 2026

Qormi Daikin b’rebħa konvinċenti fuq Floriana Young Stars

Aqra wkoll

Qormi Daikin kisbu rebħa oħra fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Hockey, ftit ġranet qabel ma jiġu inkurunati champions hekk kif għelbu lil Floriana Young Stars 4-1.

Il-Qriema ħarġu tajjeb u stabilixxew vantaġġ ta’ 2-0 sa tmiem l-ewwel quarter. Huma kkontrollaw is-sitwazzjoni tul it-tliet quarters ta’ wara u kien biss fl-aħħar kwarti li l-Greens naqqsu l-marġni tal-iskor.

Juan Sarcia kien awtur ta’ doppjetta filwaqt li Kyle Micallef u Luke Bajada żiedu tnejn oħra għat-tim tagħhom.

L-uniku gowl ta’ Floriana ġie skorjat minn Karl Chircop.

Umpires kienu Silvio Peralta u David Agius.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport