Monday, November 4, 2024

Blackball: Ġurnata pożittiva għat-timijiet Maltin

Aqra wkoll

It-tieni ġurnata tal-kampjonati mondjali tal-Blackball li qed isiru f’pajjiżna kienet waħda pożittiva għat-timijiet Maltin li rreġistraw numru ta’ rebħ.

It-tim tal-irġiel iddomina għal kollox il-konfront kontra l-Olanda tant li rebħu 21-4 filwaqt li t-tim tal-Masters rebaħ 16-9 kontra l-Afrika t’Isfel u kien sfortunat li tilef 13-12 kontra l-Awstralja.

Bravura kbira għamlu t-tim tan-nisa li rebħu ż-żewġ logħbiet li lagħbu hekk kif għelbu lil Madagascar 16-9 u lill-Katalunja 13-12.

Is-Seniors kellhom logħba ferm pożittiva wara li għelbu lill-Afrika t’Isfel 19-6 filwaqt li l-Grandmasters 60+ rebħu lill-Katalunja 17-8 għalkemm kellhom ibaxxu rashom kontra Wales meta tilfu 17-8.

It-tim Malti ta’ taħt it-23 sena ġew megħluba minn Wales 15-10 filwaqt li t-tim ta’ taħt it-18-il sena rebħu ż-żewġ logħbiet li kellhom kontra l-Irlanda ta’ Fuq (14-11), kontra l-Iskozja 13-12 filwaqt li tilfu kontra l-Afrika t’Isfel 14-11.

Finalment kien hemm bravura kbira mit-tim ta’ taħt il-15-il sena li għelbu lill-Ġibilta’ 12-3, lil Wales 11-4 u lill-Iskozja 9-6 sabiex rebħu t-tliet logħbiet li lagħbu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport