Ħamrun 147 A ġew inkurunati champions tan-National Knockout tal-Blackball wara li fil-finali għelbu lil Cospicua Rangers A bl-iskor ta’ 11-4.
It-tim Ħamruniż iddomina sa mill-bidu, tant li rebaħ l-ewwel seba’ frames konsekuttivi biex fetaħ vantaġġ ta’ 7-0. Minkejja reazzjoni minn Cospicua Rangers A, li naqqsu d-distakk għal 9-4, Ħamrun żammew il-kontroll tal-konfront.
Kien il-plejer ta’ Ħamrun 147 A Chaylon Castaldi li kiseb il-frame deċiżiv li ssiġilla Ħamruniż.
Coleiro u Chaylon Castaldi spikkaw bi tliet frames kull wieħed, filwaqt li Dejan Grech u Clayton Castaldi rebħu tnejn rispettivament.
Għal Cospicua Rangers A, Ryan Pisani rebaħ żewġ frames, filwaqt li Miguel Amato u Johan Attard kisbu wieħed kull wieħed.




