Kif irrapporta dan is-sit l-Erbgħa filgħaxija, Hamrun Spartans FC ħadu d-deċiżjoni li jtemmu r-relazzjoni tagħhom mal-kowċ Marco Amelia wara sensiela ta’ inċidenti li fihom kien involut matul dawn l-aħħar ġimgħat.
L-aħħar episodju, li jidher li wassal biex is-sitwazzjoni teskala u tittieħed din id-deċiżjoni, seħħ wara l-konfront kontra Marsaxlokk FC, fejn il-kowċ Amelia allegatament kien involut f’inċident ta’ aggressjoni fil-konfront tal-captain Emerson Marcelina.
Sitwazzjoni li, skont dak li qed jiġi rrappurtat, wasslet lill-klabb biex jieħu passi deċiżivi u jagħlaq dan il-kapitlu.




