Saturday, April 19, 2025

Blackball: It-timijiet Maltin fis-semi-finali

Aqra wkoll

Iż-żewġ timijiet Maltin li qed jirrappreżentaw lil Malta fit-tazza tan-nazzjonijiet 2025 fi Bridlington kisbu s-suċċess mixtieq meta waslu sas-sem-ifinali ta’ din il-kompetizzjoni.

It-tim ta’ taħt it-23 sena kellu żewġ rebħiet tajba kontra l-Ingilterra A 13-12 u Wales B 15-10 sabiex ġabu l-punti meħtieġa biex javvanzaw għal mal-aħħar erbgħa.

Anke t-tim ta’ taħt il-15-il sena kisbu r-rebħa li kellhom bżonn wara li għelbu lil Wales 10-5.
Illum jidħlu fl-azzjoni dawn iż-żewġ timijiet hekk kif it-tim ta’ taħt il-15-il sena ta’ Malta jilgħab kontra l-Ingilterra filwaqt li t-tim ta’ taħt it-23 sena għandu impenn kontra l-Iskozja bil-logħbiet li t-tnejn li huma jibdew f’nofsinhar.

Fil-kompetizzjoni individwali, Jake Castaldi għadda għar-round li jmiss meta għeleb lil Tom Seaton 4-2 b’Denzel Falzon li safa’ eliminat minn Riley Patterson 4-3.

Jake Castaldi se jkun qed jilgħab illum kontra Bailey Earlston.

Fid-doubles, il-koppja Nick Muscat u Denzel Falzon ġew eliminati minn Daragh Carragher u Noah Corkish 4-2.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport