Tnax-il club Malti se jirċievu fondi mill-UEFA għall-parteċipazzjoni tal-players tagħhom fil-UEFA Nations League 2024/25 permezz tal-Programm ta’ Benefiċċji għall-Clubs tal-UEFA.
Dan il-programm jirrikonoxxi l-kontribut tal-clubs fil-livelli kollha, billi jikkumpensahom talli jirrilaxxaw lill-players tagħhom biex jirrappreżentaw lit-timijiet nazzjonali f’kompetizzjonijiet bħall-Kwalifikazzjonijiet Ewropej, il-UEFA Nations League u l-Kampjonati Ewropej tal-UEFA.
Il-fond totali huwa maqsum f’fondi speċifiċi li ġew approvati mill-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA bi qbil mal-European Football Clubs (EFC). Il-fondi mhumiex riservati biss għall-clubs tal-ogħla livell, hekk kif mijiet ta’ clubs minn diviżjonijiet differenti madwar l-assoċjazzjonijiet nazzjonali Ewropej jirċievu kumpens finanzjarju.
Dan il-perjodu ta’ ħlasijiet ikopri l-kompetizzjoni tal-UEFA Nations League 2024/25.
Matul dan il-perjodu, 12-il klabb Malti akkumulaw total ta’ €392,190, bil-ħlasijiet jiġu allokati skont mudell ta’ distribuzzjoni stabbilit, kif indikat fit-tabella hawn taħt.
Programm ta’ Benefiċċji għall-Klabbs tal-UEFA
Malta: €392,190
Birkirkara FC: €23,070
Floriana FC: €69,210
Gżira United: €19,225
Ħamrun Spartans FC: €88,435
Hibernians FC: €30,760
Marsaxlokk FC: €34,605
Mosta FC: €3,845
Naxxar Lions FC: €7,690
Sliema Wanderers FC: €69,210
Valletta FC: €23,070
Balzan FC: €7,690
Żabbar St Patrick FC: €15,380




