Sunday, December 22, 2024

Blackball: Michel Curmi jirbaħ finali emozzjonanti u jikseb post mat-tim nazzjonali Malti

Aqra wkoll

Michel Curmi jirbaħ finali emozzjonanti u jikseb post mat-tim nazzjonali Malti

Michel Curmi rebaħ waħda mill-aktar finali emozzjonanti mil-logħob ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tan-Nazzjonijiet tal-Blackball meta għeleb lil Johan Grixti 10-9.

Curmi kien qed jitlef bl-iskor ta’ 9-2 u kollox kien jidher li Grixti kien se jikseb rebħa komda fil-finali ta’ ‘l fuq minn 50 sena.

Iżda Curmi kellu reazzjoni mill-aqwa fejn rebaħ tmien frames konsekuttivi sabiex barra li rebaħ din il-finali drammatika, kiseb ukoll post fil-tim nazzjonali Malti fil-kategorija tiegħu li x-xahar id-dieħel sejjer jipparteċipa fi Bridlington.

Sadanittant f’aktar finali, Mevrick Zammit rebaħ finali missielta oħra kontra Clint Azzopardi 10-9 fil-kategorija tal-irġiel filwaqt li Christian Spiteri kien aħjar minn Matthias Debono tant li rebaħ 9-5 fil-finali ta’ taħt it-23 sena.

Nick Muscat rebaħ lil Steven Muscat 9-7 fil-finali ta’ taħt it-18-il sena filwaqt li Lee Grima kiseb suċċess fil-finali ta’ ‘l fuq minn 40 sena wara rebħa ta’ 10-6 kontra Kevin Schembri.

L-aħħar ranking tournament sabiex jintgħażlu aktar plejers għat-tim nazzjonali Malti se jibda nhar it-Tnejn li ġej fil-logħob li se jsir fil-Klabb Aniċi f’Ħal Qormi u fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara.

Ekonomija

Sport